14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – TMG Landelijke Media u Willems vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-189/15) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Korrispondenza bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni, magħmula abbażi tal-prodott gross nazzjonali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
(2016/C 098/58)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: TMG Landelijke Media BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Menzo Williams (Voorburg, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: R.S. Le Poole u L. Broers, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta parzjalment li tagħti aċċess lil M. Willems għal dokumenti relatati mal-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Olandiżi dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn TMG Landelijke Media BV u Menzo Willems
(1) ĠU C 190, 8.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy