6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/22
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2015 – Costa vs Il-Parlament
(Kawża T-197/15 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ex membru tal-Parlament Ewropew - Detentur ta’ pensjon tal-irtirar tad-deputati - Benefiċjarju ta’ allowance affettwat bħala President ta’ awtorità portwali - Regola ta’ nuqqas ta’ kumulu - Irkupru tal-pensjoni rċevuta - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”])
(2015/C 221/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Paolo Costa (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Orsoni u M. Romeo, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tan-nota ta’ debitu Nru 2015-239 (riferiment 303074) tal-Parlament Ewropew, tat-23 ta’ Frar 2015, li tordna lir-rikorrent iħallas is-somma ta’ EUR 49 770,42 l-iktar tard sal-31 ta’ Marzu 2015.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy