1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/59
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-20 ta’ Novembru 2015 – Zitro IP vs UASI (WORLD OF BINGO)
(Kawża T-202/15) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WORLD OF BINGO - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2016/C 038/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015 (Każ R 1899/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv WORLD OF BINGO bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zitro IP Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 198, 15.6.2015
Full & Egal Universal Law Academy