15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament
(Kawża T-224/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 059/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cofely Solelec (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Cofely Fabricom (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Elvinger u S. Marx, sussegwentement minn S. Marx, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Chrétien u M. Mraz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni Nru 103299 tad-direttorat ġenerali tal-infrastruttura u tal-loġistika tal-Parlament, tas-27 ta’ April 2015, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 75, intitolat “Elettriku – Kurrenti qawwijin”, fil-kuntest tas-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-14-A04, dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ tiġdid tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Cofely Solelec, ta’ Mannelli & Associés SA u ta’ Cofely Fabricom.
(1) ĠU C 205 22.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy