18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/39
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2016 – Pari Pharma vs EMA
(Kawża T-235/15 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-EMA fir-rigward ta’ informazzjoni mogħtija minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Digriet li jagħti s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li jingħata aċċess lil parti terza għal dokumenti - Talba ta’ rtirar - Nuqqas ta’ tibdil fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”])
(2016/C 260/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pari Pharma GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Epping u W. Rehmann, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, A. Spina, A. Rusanov u S. Marino, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 159 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża sabiex tikseb l-irtirar tad-digriet tal-1 ta’ Settembru 2015, Pari Pharma vs EMA (T-235/15 R, EU:T:2015:587), li permezz tiegħu ngħatat is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni EMA/271043/2015 tal-EMA, tal-24 ta’ April 2015, li tagħti lil parti terza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra.
Dispożittiv
1)
It-talba intiża sabiex tikseb l-irtirar tad-digriet tal-1 ta’ Settembru 2015, Pari Pharma vs EMA (T-235/15 R, EU:T:2015:587) hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy