27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/28
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2015 – Buga vs Il-Parlament et
(Kawża T-241/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/34)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Aurel Buga (Bacău, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Vasii, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex l-awtoritajiet Rumeni jiġi ordnati jissospendu l-proċeduri kriminali mibdija kontra r-rikorrent quddiem qorti nazzjonali.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy