5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/25
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2017 – Ferrovial et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-252/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Skema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali Spanjola - Dispożizzjoni dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li tippermetti lill-impriżi Spanjoli jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta mill-akkwist ta’ sehem f’impriżi barranin - Interpretazzjoni amministrattiva ġdida - Inklużjoni fl-iskema tal-akkwisti diretti ta’ ishma f’kumpanniji holdings barranin - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 042/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ferrovial, SA (Madrid, Spanja), Ferrovial Servicios, SA (Madrid) u Amey UK plc (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u M. Linares Gil, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni(UE) 2015/314 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implimentata minn Spanja – Skema għall-amortizzazzjoni tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji barranin (ĠU 2015, L 56, p. 38).
Dispożittiv
1)
It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy