14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/53
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2015 – Close u Cegelec vs Il-Parlament
(Kawża T-259/15 R)
((“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni ta’ ċentrali elettrika - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2015/C 302/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SA Close (Harzé-Aywaille, il-Belġju); u Cegelec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-M. Rikkers u J.-L. Teheux, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Rantala, M. Mraz u F. Poilvache, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Marzu 2015 li permezz tagħha l-Parlament ċaħad l-offerta li kienu ppreżentaw ir-rikorrenti wara s-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-14-A04 dwar il-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet li jirrigwardaw il-lott Nru 73 (ċentrali elettrika) tal-“proġett ta’ estensjoni u ta’ modernizzazzjoni tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu” u tad-deċiżjoni tal-istess ġurnata li permezz tagħha l-kuntratt inkwistjoni ngħata lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy