Kawża T-274/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-bijoetanol u tal-etanol — Proċedura amministrattiva — Ordni ta’ sottomissjoni għal spezzjoni — Rifjut li jiġu sospiżi l-miżuri ta’ investigazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà”)
C2702015MT2710120150616MT0034271271
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-274/15 R)
“(“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-bijoetanol u tal-etanol — Proċedura amministrattiva — Ordni ta’ sottomissjoni għal spezzjoni — Rifjut li jiġu sospiżi l-miżuri ta’ investigazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà”)”2015/C 270/34Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alcogroup (Brussell, il-Belġju) u Alcodis (Brussell) (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere u J. Probst, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, V. Bottka u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 1769 finali, tat-12 ta’ Marzu 2015, indirizzata lil Alcogroup kif ukoll lill-impriżi kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża Alcodis, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40244 – AQUAVIT), kif ukoll tad-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Mejju 2015 indirizzata lil Alcogroup fil-kuntest tal-investigazzjonijiet AT.A0244 – Bijoetanol – u AT.A0054 – Oil and Biofuel Markets u, min-naħa l-oħra, sabiex tordna lill-Kummissjoni tissospendi kull att ta’ investigazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri AT.A0054 u AT.A0244.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy