2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — ArcelorMittal Hochfeld vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-294/15) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn ċerti disposizzjonijiet tad-dritt Ġermaniż emendat dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Għajbien tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2019/C 295/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Hochfeld GmbH, aventi kawża ta’ ArcelorMittal Ruhrort GmbH (Duisbourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Janssen, u G.–R. Engel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer, sussegwentement T. Maxian Rusche u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ ArcelorMittal Hochfeld GmbH, aventi kawża ta’ ArcelorMittal Ruhrort GmbH.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy