6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2016 – Zhang vs EUIPO – K & L Ruppert Stiftung (Anna Smith)
(Kawża T-295/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Anna Smith - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SMITH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
(2016/C 200/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Yongyu Zhang (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Steinert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kockläuner u O. Nilgen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2015 (Każ R 1559/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG u Y. Zhang.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Y. Zhang huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy