18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2016 – Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/408 - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni - Inklużjoni tal-metalaksil fil-lista msemmija - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”))
(2016/C 136/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industrias Químicas del Vallés, SA (Mollet del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín, P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, p. 18).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Industrias Químicas del Vallés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 254, 03.08.2015.
Full & Egal Universal Law Academy