2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Deutsche Edelstahlwerke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-319/15) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija permezz ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 295/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Edelstahlwerke GmbH (Witten, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Janssenet S. Altenschmidt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn R. Sauer, sussegwentement minn T. Maxian Rusche u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122).
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk ta’ Deutsche Edelstahlwerke GmbH.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy