6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2016 – Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-320/15) (1)
((“Kuntratti pubbliċi - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 200/30)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro SpA (Vicenza, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, C. Santacroce u C. Toniolo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u F. Dintilhac, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2015 tad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea [JRC.B6/RL/Ares(2015)] li teskludi lir-rikorrenti mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri kollha għall-għoti ta’ kuntratti u għall-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għal perijodu ta’ sentejn u għaxar xhur.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy