28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/31
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – GSA u SGI vs Il-Parlament
(Kawża T-321/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Sigurtà kontra n-nirien, assisstenza lill-persuni u ta’ sorveljanza esterna fuq is-sit tal-Parlament Ewropew fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2015/C 320/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gruppo Servizi Associati SpA (GSA) (Rome, l-Italja); u Security Guardian’s Institute (SGI) (Louvain-la-Neuve, il-Belġju) (rappreżentanti: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba, minn naħa waħda, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2015 li permezz tagħha l-Parlament iddikjara li l-offerta li r-rikorrenti ssottomettew għall-għoti tal-kuntratt EP/DGSAFE/UIB/SER/2014-014 dwar is-servizzi ta’ sigurtà kontra n-nirien, ta’ assisstenza lill-persuni u ta’ sorveljanza esterna fuq is-sit tal-Parlament Ewropew fi Brussell, ma kinitx konformi u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li dan il-kuntratt jingħata lill-kumpannija Securitas.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tal-25 ta’ Ġunju 2015 mogħti fil-Kawża T-321/15 R huwa annullat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy