18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/40
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 – Volkswagen vs EUIPO – Andrã (BAG PAX)
(Kawża T-324/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ skadenza - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BAG PAX - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2016/C 260/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marvin Dominic Andrã (Saarlouis, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Dohmen, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ April 2015 (Każ R 1971/2014-4), dwar proċedimenti ta’ skadenza bejn Volkswagen u BAGPAX Cargo Systems.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Volkswagen AG hija kkundnannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy