13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2017 – Papapanagiotou vs Il-Parlament
(Kawża T-351/15) (1)
((“Swieq pubbliċi ta’ provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għamara tal-uffiċċju - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji tal-għoti - Deċiżjoni ta’ annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 078/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Papapanagiotou AVEEA (Serrès, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas u I. Ioannidis, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. Biström u S. Toliušis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament D(2015)12887, tas-27 ta’ April 2015, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti INLO.AO-2012-017-LUX-UAGBI-02 li tikkonċerna l-provvista ta’ għamara tal-uffiċċju (ĠU 2013/S 138-239094), li tiċħad l-offerta ppreżentata minn Papapanagiotou.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.
2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Papapanagiotou AVEEA.
(1) ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy