30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/31
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – ADR Center vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-364/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet konklużi sabiex jiġu mwettqa proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kuntest tal-programm ‘Ġustizzja Ċivil’ - Deċiżjoni eżekuttiva tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 191/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u J. Estrada de Solà, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3117 finali, tal-4 ta’ Mejju 2015, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 432 637,97, miżjud bl-interessi, dovut minn ADR Center Srl b’referenza għan-noti ta’ debitu Nri 3241408192 u 3241409206 li rispettivament jirrigwardaw EUR 155 507,97 u EUR 277 130.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tat-22 ta’ Jannar 2016 huwa mħassar, peress li jirrigwarda l-Karża T-364/15 R.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy