16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/43
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru2015 – Alimos Consulting vs BĊE
(Kawża T-368/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika ekonomika u monetarja - Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE - Provvista ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza għall-banek Griegi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 381/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alcimos Consulting SMPC (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: F. Rodolaki, avukat)
Konvenuta: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tat-28 ta’ Ġunju u tas-6 ta’ Lulju 2015, dwar il-livell tal-provvista ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza għall-banek Griegi.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy