14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/46
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2016 – Greenpeace Energy et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-382/15) (1)
((Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Enerġija nukleari - Għajnuna favur l-unità C tal-impjant nukleari ta’ Hinkley Point - Kuntratt għad-differenza, ftehim tas-Segretarju tal-Istat u garanzija ta’ kreditu - Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta’ interess sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà))
(2016/C 419/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Greenpeace Energy eG (Hamburg, il-Ġermanja) u d-9 rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: D. Fouquet u J. Nysten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)
Suġġet
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658, tat-8 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU 2015, L 109, p. 44).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn NNB Generation Company Limited, ir-Repubblika Slovakka, l-Ungerija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja.
3)
Greenpeace Energy eG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet ta’ intervent.
4)
Greenpeace Energy eG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness, il-Kummissjoni, NNB Generation Company Limited, ir-Repubblika Slovakka, l-Ungerija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy