31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – EDF Luminus vs Il-Parlament
(Kawża T-384/15) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ provvista tal-elettriku CNT(2009) Nru 137 - Ħlas mill-Parlament tal-kontribuzzjoni reġjonali mħallsa mir-rikorrenti lir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u kkalkolata abbażi tal-elettriku għad-dispożizzjoni tal-Parlament - Assenza ta’ obbligu kuntrattwali - Assenza ta’ obbligu li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli”])
(2016/C 402/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: EDF Luminus (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Verhoeven u O. Vanden Berghe, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u I. Martínez del Peral, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tikkundanna lill-Parlament iħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 439 672,95, flimkien mal-interessi, li tikkorrispondi għall-ammont tal-kontribuzzjoni reġjonali mħallsa minnha lir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali u kkalkolata abbażi tal-elettriku għad-dispożizzjoni tal-Parlament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
It-talbiet ippreżentati mill-Parlament Ewropew għall-finijiet ta’ azzjoni dikjatorja huma miċħuda.
3)
EDF Luminus għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Parlament.
4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy