28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/48
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2017 – Herm. Sprenger vs EUIPO – web2get (Forma ta’ staffa magħquda)
(Kawża T-396/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingaħta deċiżjoni”))
(2017/C 283/74)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: web2get GmbH & Co. KG (Dülmen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ April 2015 (Każ R 520/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn web2get GmbH & Co. KG u Herm. Sprenger GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Herm. Sprenger GmbH & Co. KG hija kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy