16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/43
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi u Negro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-436/15 R)
((“Miżuri provviżorji - Agrikoltura - Protezzjoni kontra organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti - Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 381/52)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi (Otranto, l-Italja) u Negro Daniele (Otranto) (rappreżentanti: V. Pellegrino u A. Micolani, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36), sa fejn din id-deċiżjoni tinkludi d-dwieli kkoltivati ġewwa l-provinċja Taljana ta’ Lecce.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy