2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/46
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2016 – Port Autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-438/15) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Taxxa fuq il-kumpanniji - Għajnuna favur portijiet Belġjani mogħtija mill-Belġju - Ittra tal-Kummissjoni li tinforma lill-Istat Membru bl-eżami preliminari tagħha ta’ din l-għajnuna bħala li hija inkompatibbli mas-suq intern u bl-adozzjoni probabbli ta’ miżuri xierqa - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
(2016/C 156/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Port Autonome du Centre et de l’Ouest SCRL (La Louvière, il-Belġju), Port Autonome de Namur (Namur, il-Belġju), Port Autonome de Charleroi (Charleroi, il-Belġju) u r-Reġjun Vallon (Jambes, il-Belġju) (rappreżentant: J. Vanden Eynde, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2015, li tqis li l-eżenzjoni tal-portijiet Belġjani mit-taxxa fuq il-kumpanniji tikkonsisti f’għajnuna mill-istat eżistenti, inkompatibbli mas-suq intern [għajnuna tal-Istat SA. 38393 (2014/CP)]
Disposittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Port Autonome du Centre et de l’Ouest SCRL, Port Autonome de Namur, Port Autonome de Charleroi u r-Reġjun Vallon għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Port Autonome de Liège u Société régionale du Port de Bruxelles għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 337 tat-12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy