2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/47
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2016 – Amrita et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-439/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Protezzjoni kontra organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti - Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))
(2016/C 156/63)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Soc. coop. Amrita arl (Scorrano, l-Italja), u t-28 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: L. Paccione u V. Stamerra, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36), fejn xieraq wara li tkun eskludiet l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, tat-8 ta’ Mejju 2000, dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 258).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Soc. coop. Amrita arl u t-28 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy