22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – European Dynamics Luxembourg et vs EMA
(Kawża T-440/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Trattament ta’ tranżazzjonijiet online - Provvista ta’ servizzi esterni fil-qasam tal-applikazzjonijiet software - Kuntratt-qafas multiplu f’kaskata EMA/2012/l0/ICT - Talba għal provvista ta’ servizzi diretta lir-rikorrenti - Inseriment ta’ kriterji ġodda - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 305/48)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), u European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Ampazis, M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, sussegwentement minn M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: T. Jablonski, N. Rampal Olmedo, G. Gavriilidou u P. A. Eyckmans, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni tal-inseriment, fit-talba għall-provvista ta’ servizzi SC002 tal-EMA, tat-22 ta’ Mejju 2015, ta’ kriterji ġodda li ma kinux jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti EMA/20l1/l7/ICT, Anness 1 tal-kuntratt-qafas EMA/2012/l0/ICT.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy