1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/61
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – GGP Italy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-474/15 R)
((“Miżuri provviżorji - Direttiva 2006/42/KE - Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema fid-dawl tar-riskji li jirriżultaw mill-użu tal-magni - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Latvjani li jipprojbixxu tip ta’ ħassad tal-ħaxix - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-miżura bħala ġustifikata - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 038/83)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Global Garden Products Italy SpA (GGP Italy) (Castelfranco Veneto, l-Italja) (rappreżentanti: A. Villani, L. D’Amario u M. Caccialanza, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u L. Cappelletti, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/902, tal-10 ta’ Ġunju 2015, dwar miżura meħuda mil-Latvja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ ħassad tal-ħaxix immanifatturat minn GGP Italy spa (ĠU L 147, p. 22).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy