6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2016 – L’Oréal vs EUIPO – LR Health & Beauty Systems (LR)
(Kawża T-475/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-trade mark - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 200/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Kusturovic, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1143/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn LR Health & Beauty Systems GmbH u L’Oréal SA.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
L’Oréal SA hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) u minn LR Health & Beauty Systems GmbH.
(1) ĠU C 328, 5.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy