30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/56
Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/15 R) (1)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ għamara - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))
(2015/C 398/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ahrend Furniture (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment A. Lepièce, V. Dor u S. Engelen, sussegwentment A. Lepièce, V. Dor, S. Engelen u F. Caillol, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u J. Estrada de Solà, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha hija tat il-Lott Nru 1 tas-sejħa għal offerti OIB.DR.2/PO/2014/055/622 dwar il-kuntratt “Provvista ta’ għamara” lil offerent ieħor u, sussidjarjament, talba intiża sabiex tiġi ordnata l-produzzjoni ta’ dokumenti li jirrigwardaw l-analiżi finanzjarja tal-offerti u intiża għas-sospensjoni tal-istess deċiżjoni sal-iskadenza ta’ perijodu ġdid ta’ sospensjoni ta’ għaxart ijiem li jibda jiddekorri mid-data meta jintbagħtu dawn id-dokumenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal-miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tas-26 ta’ Awwissu 2015 mogħti fil-Kawża T-482/15 R huwa rrevokat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C @@, @@.
Full & Egal Universal Law Academy