6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – LG Electronics vs EUIPO – Cyrus Wellness Consulting (Viewty)
(Kawża T-498/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal – applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 178/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u U. Hildebrandt, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Ġunju 2015 (Każijiet magħquda R 1935/2014-2 u R 1563/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cyrus Wellness Consulting GmbH u LG Electronics, Inc.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
LG Electronics, Inc., hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u Cyrus Wellness Consulting GmbH.
(1) ĠU C 337, 12.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy