20.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 222/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2016 – Mikulik vs Il-Kunsill
(Kawża T-520/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2016/C 222/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Filip Mikulik (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Appellata: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-25 ta’ Ġunju 2015, Mikulik vs Il-Kunsill (F-67/14, EU:F:2015:65), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Filip Mikulik huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 354, 26.10.2015.
Full & Egal Universal Law Academy