5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-564/15) (1)
((Rikors għal annullament - Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà))
(2016/C 454/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Glazener, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u J. Samnadda, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni allegatament inkluża fl-ittra tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA), tas-17 ta’ Lulju 2015, dwar il-proposta ppreżentata mir-rikorrenti bħala risposta għas-sejħa għal proposti mnedija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, abbażi tal-programm ta’ ħidma pluriennali adottat fl-2014 fil-kuntest tad- Deċiżjoni ta’ implementazzjoni C(2014) 1921 finali tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Marzu 2014, li tistabbilixxi l-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-2014 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; (MIE) – Settur tat-trasport għall-perjiodu 2014-2020.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy