18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/41
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Syndial vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-581/15) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Italja - Eventwali nuqqas ta’ osservanza tad-Direttivi 2011/92/UE u 1999/13/KE - Tindif ta’ ex sit industrijali (Cengio-Saliceto) - Rifjut ta’ aċċess - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2016/C 260/51)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Syndial SpA – Attività Diversificate (San Donato Milanese, l-Italja) (rappreżentanti: L. Acquarone u S. Grassi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2015 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura dwar eventwali nuqqas ta’ twettiq mir-Repubblika Taljana tal-obbligi tagħha li jirriżultaw mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1), kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Syndial SpA – Attività Diversificate hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 398, 30.11.2015.
Full & Egal Universal Law Academy