8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/51
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2015 – POA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-584/15 R)
((“Miżuri provviżorji - Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta - ‘Halloumi’ jew ‘Hellim’ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 048/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pagkyprios organismos ageladotrofon Dimosia Ltd (POA) (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u J. Guillem Carrau, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2015 intitolat “Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel” (ĠU C 246, p. 9).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy