22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2016 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-588/15) (1)
([“Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ sussidji - Sospensjoni tal-pagamenti - Tneħħija tas-sospensjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
(2016/C 305/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Siekierzyńska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju u tad-19 ta’ Awwissu 2015 li jiġu sospiżi l-pagamenti kollha li jistgħu jsiru mid-Direttorat E “Saħħa” u F “Bijoekonomija” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tagħha għar-Riċerka u l-Innovazzjoni favur ir-rikorrenti, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Awwissu 2015 li tordna lill-koordinatur tal-proġett Biofector ma jitrasferixxi l-ebda somma lir-rikorrenti fil-kuntest tal-imsemmi proġett, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2015 li żżomm fis-seħħ is-sospensjoni tal-pagamenti li jaqgħu taħt id-Direttorat E tad-DĠ tagħha għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, ir-raba’ nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2015 li tordna lill-koordinaturi tal-proġetti “The hip trial” u EU-CERT-ICD ma jitrasferixxu l-ebda somma lir-rikorrenti fil-kuntest tal-imsemmija proġetti, il-ħames nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2015, indirizzata lill-koordinatur tal-proġett NENO, sabiex iqis l-ispejjeż tar-rikorrenti bħala mhux eliġibbli u konsegwentement jaġġusta l-pagamenti li huma dovuti lilha, is-sitt nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2015, indirizzata lill-koordinatur tal-proġett Procardio, sabiex jissosspendi l-pagamenti li jaqgħu taħt id-Direttorat G “Enerġija” tad-DĠ tagħha għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li huma destinati għar-rikorrenti, is-seba’ nett, tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru u tas-6 ta’ Novembru 2015 meħuda b’implementazzjoni tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Awwissu 2015 imsemmija iktar ’il fuq u indirizzata lill-koordinaturi tal-poġetti LENA u Re-liver u, it-tmien nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2015, indirizzata lill-koordinatur tal-proġett ENS@T-Cancer, sabiex iqis l-ispejjeż tar-rikorrenti bħala mhux eliġibbli u konsegwentement jaġġusta l-pagamenti li huma dovuti lilha.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy