6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – Novartis vs UASI – SK Chemicals (Rappreżentazzjoni ta’ roqgħa)
(Kawża T-592/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 200/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SK Chemicals GmbH (Eschborn, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2342/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn SK Chemicals GmbH u Novartis AG.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess u kif ukoll dawk sostnuti minn Novartis AG u minn SK Chemicals GmbH.
(1) ĠU C 414, 14.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy