1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Europäischer Tier- und Naturschutz u Giesen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-595/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Allegat rifjut li tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni tad-dritt Ewropew - Att li ma jistax jiġi kkontestat b’rikors - Inammissibbiltà manifesta”))
(2016/C 279/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Europäischer Tier- und Naturschutz eV (Much, il-Ġermanja) u Horst Giesen (Much) (rappreżentant: P. Brockmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u K. P. Wojcik, aġenti)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2015 li permezz tagħha din tal-aħħar astjeniet milli tippreżenta proposta leġiżlattiva intiża għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Europäischer Tier- und Naturschutz eV u Horst Giesen huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy