23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2016 – Stichting Accolade vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-598/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Bejgħ ta’ ċerti artijiet bi prezzijiet allegatament taħt il-prezz tas-suq - Ilment ta’ terz quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara li l-miżura kontenzjuża ma tikkostitwixxix għajnuna - Proċedura tal-fażi preliminari ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE, l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1), u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 rigward għajnuna individwali, allegatament illegali - Rikors għal annullament ta’ terz - Ammissibbiltà - Locus standi - Rikors sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet proċedurali - Rikors li jikkontesta l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża - Assenza ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”))
(2017/C 022/46)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Accolade (Drachten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. de Boer u J. Abma, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2015) 4411 finali tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34676 (2015/NN) – Il-Pajjiżi l-Baxxi (bejgħ ta’ artijiet mill-Komun ta’ Harlingen allegatament taħt il-prezz tas-suq), li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li l-bejgħ tal-imsemmija artijiet lil Ludinga Vastgoed BV ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Stichting Accolade hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 406, 7.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy