16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Jenkinson vs Il-Kunsill et
(Kawża T-602/15) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Talba għad-danni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni - Inammissibbiltà manifesta”))
(2017/C 014/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Liam Jenkinson (Killarney, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u S. Bartelt, aġenti), Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, E. Chaboureau u G. Pasqualetti, aġenti), Eulex Kosovo (rappreżentanti: D. Fouquet u E. Raoult, avukati)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE intiża, minn naħa, sabiex ir-relazzjoni kuntrattwali tar-rikorrent tiġi kklassifikata mill-ġdid f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat u sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li ġarrab ir-rikorrent minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat u tkeċċija inġusta u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġi ddikjarat li l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE ittrattaw lir-rikorrent b’ mod diskriminatorju u sabiex konsegwentement jiġu kkundannati għall-kumpens u, sussidjarjament, talba bbażata fuq ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-istituzzjonijiet Ewropej.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Liam Jenkinson huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy