5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2016 – Orthema Service vs EUIPO (Gehen wie auf Wolken)
(Kawża T-620/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Gehen wie auf Wolken - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2016/C 454/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Orthema Service GmbH (Rotkreuz, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Settembru 2015 (Kawża R 404/2015-4), rigward applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Gehen wie auf Wolken bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Orthema Service GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 7, 11.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy