8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/51
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – E-Control vs ACER
(Kawża T-671/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviż li jitratta l-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni nazzjonali li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali a’ elettriku - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))
(2016/C 048/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energie Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)
Konvenuti: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Avviż Nru 09/2015, tat-23 ta’ Settembru 2015, tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija dwar il-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ regolazzjoni nazzjonali li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali fl-Ewropa ċentrali u tal-lvant bir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009 L 211, p. 15), u bil-linji gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy