12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2016 – E-Control vs ACER
(Kawża T-671/15) (1)
(“Rikors għal annullament - Enerġija - Regolament (KE) Nru 713/2009 - Regolament (KE) Nru 714/2009 - Avviż tal-ACER - Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali ta’ elettriku - Reġjun Ewropa ċentrali u tal-Lvant - Kompatibbiltà - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
(2016/C 462/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentant: E. Tremmel, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Avviż tal-ACER Nru 09/2015, tat-23 ta’ Settembru 2015, dwar il-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant bir-Regolament (KE) Nru 714/2009, inklużi l-linji gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, ta’ Wirtschaftskammer Österreich, ta’ Verbund AG u ta’ Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A.
3)
Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), inklużi dawk marbuti mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
4)
Ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, Wirtschaftskammer Österreich, Verbund AG u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy