30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/32
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Chemtura Netherlands vs EFSA
(Kawża T-725/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Proċedura ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Pubblikazzjoni ta’ dokumenti li jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni ta’ sustanza attiva - Ċaħda ta’ talba intiża li tikseb trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 191/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chemtura Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-EFSA tal-10 ta’ Diċembru 2015 dwar il-pubblikazzjoni integrali tal-konklużjoni tal-evalwazzjoni tal-esperti tal-EFSA rigward eżami mill-ġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenżuron dwar il-metabolit 4-chloroaniline (PCA), fejn ir-rikorrenti kienet talbet għal trattament kunfidenzjali parzjali.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tal-15 ta’ Diċembru 2015 mogħti fil-Kawża T 725/15 R huwa annullat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy