12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/48
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 – MSD Animal Health Innovation u Intervet International vs EMA
(Kawża T-729/15 R)
((“Miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Rogolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-EMA dwar informazzjoni mressqa minn impriża fil-kuntest tat-talba tagħha għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”))
(2016/C 335/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MSD Animal Health Innovation GmbH (Schwabenheim, il-Ġermanja), u Intervet international BV (Boxmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Bogaert, avukat, B. Kelly u H. Billson, solicitors, J. Stratford, QC, u C. Thomas, barrister)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, A. Spina, A. Rusanov u S. Marino, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/785809/2015 tal-EMA, tal-25 ta’ Novembru 2015, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li jinkludu informazzjoni mressqa fil-kuntest ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali veterinarju Bravecto.
Dispożittiv
1)
L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/785809/2015 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tal-25 ta’ Novembru 2015, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-aċċess għar-rapporti tat-testijiet tossikoloġiċi C 45151/test tat-tossiċità tal-ġilda ta’ 28 jum (applikazzjoni semioklużiva għal 6 sigħat) fuq firien Wistar, C 45162/test tat-tossiċità orali (force-feeding) ta’ 28 jum fuq firien Wistar u C 88913/test tat-tossiċità tal-ġilda ta’ 28 jum (applikazzjoni semioklużiva għal 6 sigħat) fuq firien Wistar, hija sospiża.
2)
L-EMA hija ordnata ma turix ir-rapporti msemmija fil-punt 1.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy