29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/24
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2016 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-732/15 R II)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Assenza ta’ fatti ġodda - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 314/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICA Laboratories Close Corp. (Century City, ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel); ICA International Chemicals (Proprietary) Ltd (Century City); u ICA Developments (Proprietary) Ltd (Century City) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Crespi u P. Sellar, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u P. Ondrůšek, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 160 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910, tal-21 ta’ Ottubru 2015, li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU 2015, L 280, p. 2).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy