7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/17
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2015 – Biofa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-746/15 R)
((“Miżuri provviżorji - Prodott tas-saħħa tal-pjanti - Approvazzjoni tas-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 090/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biofa AG (Münsingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stallberg u S. Knoblich, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, F. Moro u P. Ondrüsek, aġenti)
Suġġett
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069, tas-17 ta’ Novembru 2015, li japprova s-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 301, p. 42).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy