9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Biofa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-746/15) (1)
([“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2069 - Approvazzjoni tas-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])
(2017/C 006/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biofa AG (Münsingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Stallberg u S. Knoblich, sussegwentement minn C. Stallberg, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, G. von Rintelen u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069, tas-17 ta’ Novembru 2015, li japprova s-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2015, L 301, p. 42).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju tad-Danimarka.
3)
Biofa AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
4)
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy