7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-750/15) (1)
([“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Enerġija rinnovabbli - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Liġi EEG tal-2014) - Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”])
(2016/C 410/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (Zeitz, il-Ġermanja), RWE Power AG (Essen, il-Ġermanja) u Vattenfall Europe Mining AG (Cottbus, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein, K. Dingemann u M. Kottmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5081 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, dwar is-sistema ta’ għajnuna mill-Istat SA.38632 (2014/N) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (EEG 2014 – Riforma tal-liġi dwar l-enerġija rinnovabbli).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH, RWE Power AG u Vattenfall Europe Mining AG huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy