7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Sogepa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-761/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Kristallerija - Għajnuna taħt forma ta’ self - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna mogħtija favur impriża kumpannija falluta - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali formali - Inammissibbiltà”))
(2016/C 410/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société wallonne de gestion et de participations (Sogepa) (Liège, il-Belġju)(rappreżentanti: A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, L. Armati u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 3 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1825 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna tal-Istat mhux innotifikata SA.34791 (2013/C) (ex 2012/NN) – il-Belġju – Għajnuna għas-salvataġġ ta’ Val Saint-Lambert SA (ĠU 2015, L 269, p. 47).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Société wallonne de gestion et de participations (Sogepa) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 68, 22.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy