22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2019 — Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-764/15) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Miżuri implementati mill-Ġermanja favur l-ajruport ta’ Frankfut-Hahn - Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli mas-suq intern - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna diretta - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà)
(2019/C 246/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, K. Herrmann u D. Recchia, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Land Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koenig, professeur)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/788 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32833 (11/C) (ex 11/NN) implementata mill-Ġermanja li tirrigwarda l-modi ta’ finanzjament tal-ajruport ta’ Frankfur-Hahn adottati mill-2009 sal-2011 (ĠU 2016, L 134, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deutsche Lufthansa AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni u tal-Land Rheinland-Pfalz
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy